close
Aqbeż għall-kontentut

Quito

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Quito
BERJAYA Ekwador
BERJAYA
BERJAYA BERJAYA
Amministrazzjoni
Stat sovranEkwador
Province of EcuadorPichincha
Canton of EcuadorDistrett Metropolitan ta' Quito
Kap tal-Gvern Pabel Muñoz (en) Translate
Isem uffiċjali San Francisco de Quito
Kodiċi postali EC170150
Ġeografija
Koordinati 0°13′12″S 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125Koordinati: 0°13′12″S 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125
Quito is located in Ecuador
Quito
Quito
Quito (Ecuador)
Superfiċjenti 372.39 kilometru kwadru
Għoli 2,850 m
Demografija
Popolazzjoni 1,763,275 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Il-ĦamisambUTCIl-Ħamis
Kodiċi tat-telefon 2
Żona tal-Ħin UTC-5
bliet ġemellati Krakovja, Toronto, Louisville, Buenos Aires, Madrid, Santo Domingo, Cali, Coral Gables, La Paz, Taipei, Valparaíso, City of Tshwane Metropolitan Municipality (en) Translate, Tegucigalpa, Sucre (en) Translate, Santa Cruz de la Sierra (en) Translate, Coro, San Salvador, Saint-Denis (mul) Translate, Rio de Janeiro, Pretoria, Montreal, Moska, Montevideo, Kontea ta' Miami-Dade, Belt tal-Messiku, Medellín, Managua, Lima, Ħavana, Ixcán (en) Translate, Guarulhos (mul) Translate, Doha, Cumaná (en) Translate, Cienfuegos, Cádiz, Bogotá, Belo Horizonte, Barċellona, Asunciónu Antigua Guatemala
visitquito.ec

Quito (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈkito]; bil-Quechua: Kitu), formalment San Francisco de Quito, hija l-belt kapitali tal-Ekwador, b'popolazzjoni stmata li tlaħħaq it-2.8 miljun ruħ fiż-żona urbana tagħha. Hija wkoll il-belt kapitali tal-provinċja ta' Pichincha.[1] Quito tinsab f'wied max-xaqlibiet tal-Lvant ta' Pichincha, stratovulkan attiv fil-katina muntanjuża tal-Andes, f'elevazzjoni ta' 2,850 metru (9,350 pied); b'hekk hija t-tieni l-ogħla belt kapitali fid-dinja.[2]

Quito hija ċ-ċentru politiku u kulturali tal-Ekwador peress li l-istituzzjonijiet governattivi, amministrattivi u kulturali ewlenin jinsabu kollha fi ħdan il-belt. Il-maġġoranza tal-kumpaniji transnazzjonali bi preżenza fl-Ekwador għandhom is-sede tagħhom fil-belt. Hija wkoll wieħed miż-żewġ ċentri industrijali ewlenin tal-pajjiż — il-belt portwali ta' Guayaquil hija t-tieni ċentru.

Id-data tal-ewwel insedjament mhix magħrufa, iżda l-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ġiet insedjata għall-ewwel darba minn popolazzjonijiet sedentarji bejn l-4400 u l-1600 Q.K.[3] Fl-aħħar tas-seklu 15, l-Imperatur tal-Inka Huayna Capac rebaħ kontra l-abitanti oriġinali tar-reġjun, il-poplu Quitu, inkorpora lil Quito fl-Imperu Inka, u ddeżinjaha bħala l-belt kapitali tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Imperu Inka. Il-konkwista Spanjola tal-belt fl-1534 hija l-iktar data kkwotata spiss bħala d-data tal-istabbiliment uffiċjali tal-belt, u b'hekk Quito hija l-eqdem belt kapitali fl-Amerka t'Isfel.

Iċ-ċentru storiku ta' Quito huwa fost l-ikbar u l-iktar ippreservati tajjeb fl-Amerki. Fl-1978, Quito u Krakovja kienu l-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Quito hija l-iktar belt kapitali qrib l-ekwatur, u l-limiti tat-Tramuntana tal-belt iwasslu sa madwar kilometru (0.62 mili) fin-Nofsinhar tal-linja tal-ekwatur.

Fl-2008 il-belt ġiet iddeżinjata bħala l-kwartieri ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerka t'Isfel.[5]

Perjodu Pre-Kolumbjan

[immodifika | immodifika s-sors]

L-eqdem traċċi ta' preżenza umana f'Quito ġew skavati mill-arkeologu Amerikan Robert E. Bell fl-1960, fix-xaqlibiet tal-vulkan Ilaló, li jinsab bejn il-widien tal-Lvant ta' Los Chillos u ta' Tumbaco. Poplu ta' ġemmiegħa u kaċċaturi ħallew warajhom għodod tal-ossidjana, li jmorru lura għat-8,000 Q.K. Dan is-sit arkeoloġiku, imsejjaħ EI Inga, ġie rreferut lil Robert Bell minn Allen Graffham. Meta kien impjegat bħala ġeologu fl-Ekwador, Graffham kompla jrawwem l-interess dilettantesk tiegħu fl-arkeoloġija. Huwa ġabar l-artefatti tal-wiċċ fis-sit fl-1956.[6] L-iskoperta ta' ponot qishom ta' vleġeġ, b'mod partikolari eżemplari mnaqqxa, qanqlulu l-interess, u hu wettaq diversi żjarat fis-sit biex jiġbor il-materjali tal-wiċċ. L-interess preċedenti ta' Graffham fil-fdalijiet Paleo-Indjani, u l-esperjenza tiegħu fil-materjali umani bikrin f'Kansas u f'Nebraska fil-Pjanuri Ċentrali tal-Istati Uniti, wassluh biex jemmen li s-sit kien skoperta importanti.

It-tieni fdalijiet importanti ta' insedjament uman instabu fil-viċinat attwali ta' Cotocollao (1500 Q.K.), fil-Majjistral ta' Quito. Il-villaġġ preistoriku kien ikopri erja ta' iktar minn 26 ettaru li kienet tiġi irrigata minn bosta qaliet. Qrib id-djar rettangolari tal-qedem, instabu fdalijiet funebri b'offerti tal-fuħħar u tal-ġebel. Il-poplu Cotocollao kien iwettaq l-estrazzjoni u l-esportazzjoni tal-ossidjana lejn ir-reġjun kostali.[7]

Il-patrijiet u l-istoriċi kolonjali bikrin kitbu dwar il-poplu Quitu u r-Renju ta' Quito. Fir-rakkonti tagħhom qalu li poplu ieħor, magħruf bħala l-poplu Cara jew Schyris, ġie mill-kosta u ħa l-kontroll tar-reġjun sat-890 W.K. Dan il-poplu rrenja l-hekk imsejjaħ renju tal-Cara-Quitu sa meta l-Inka ħadu t-territorju f'idejhom fis-seklu 15. Id-dixxendenti tal-Quitu baqgħu jgħixu fil-belt saħansitra wara l-konkwista Spanjola.

Iżda sas-seklu 20, xi storiċi prominenti li bdew studji iktar akkademiċi, iddubitaw ir-rakkonti dwar ir-renju tal-Cara-Quitu. Ma tantx kienet instabet wisq evidenza arkeoloġika ta' xi monumenti jew artefatti ta' dak ir-renju. Għaldaqstant bdew jaħsbu li kien rakkont pre-Ispaniku leġġendarju tal-artijiet għoljin.

Fil-bidu tas-seklu 21, instabu sejbiet spettakolari ġodda ta' oqbra fondi 20 metru fil-kwartier ta' La Florida f'Quito. Dawn imorru lura għat-800 W.K. u jipprovdu evidenza tal-kwalità kbira tal-artiġjanat fost il-poplu Quitu, kif ukoll tan-natura elaborata u kumplessa tar-riti funebri tiegħu. Fl-2010 il-Mużew tas-Sit Arkeoloġiku ta' La Florida fetaħ sabiex jippreserva l-artefatti mill-oqbra u jispjega din il-kultura kumplessa.[8]

Perjodu kolonjali

[immodifika | immodifika s-sors]
BERJAYA
Pittura ta' nofs is-seklu 18 li turi veduta tal-belt mill-bogħod.

Ir-reżistenza tal-Inka indiġeni għall-kolonizzazzjoni Spanjola baqgħet għaddejja fl-1534. Il-konkwistatur Diego de Almagro stabbilixxa l-belt ta' Santiago de Quito (illum il-ġurnata f'Colta, qrib Riobamba) fil-15 ta' Awwissu 1534, li mbagħad saret San Francisco de Quito fit-28 Awwissu 1534. Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita mill-ġdid fil-pożizzjoni attwali tagħha fis-6 ta' Diċembru 1534 minn 204 insedjaturi mmexxija minn Sebastián de Benalcázar, li ħataf il-mexxej Rumiñahui, u effettivament temm kull reżistenza organizzata. Rumiñahui ġie ġustizzjat fl-10 ta' Jannar 1535.

Fit-28 ta' Marzu 1541, Quito ġiet iddikjarata bħala belt, u fit-23 ta' Frar 1556 ingħatat it-titlu ta' Muy Noble y Muy Leal Ciudad de San Francisco de Quito ("il-Belt Nobbli u Leali Ħafna ta' San Francisco de Quito"), li kienu l-punt tat-tluq tal-fażi suċċessiva tal-iżvilupp urban. Fl-1563 Quito saret is-sede ta' distrett amministrattiv jew Real Audiencia ta' Spanja. Ġiet ikklassifikata bħala parti mill-Viċirenju tal-Perù sal-1717, u mbagħad id-distrett sar parti mill-Viċirenju l-ġdid ta' Nueva Granada. Taħt iż-żewġ Viċirenji, id-distrett ġie amministrat minn Quito.

L-Ispanjoli stabbilew il-Kattoliċiżmu Ruman f'Quito. L-ewwel knisja (El Belén) inbniet qabel l-istabbiliment uffiċjali tal-belt. F'Jannar 1535 inbena l-Kunvent ta' San Franġisk, l-ewwel minn madwar 20 kunvent u knisja li nbnew matul il-perjodu kolonjali. L-Ispanjoli kkonvertew il-popolazzjoni indiġena għall-Kristjaneżmu u użawhom għax-xogħol tal-kostruzzjoni.

BERJAYA
Mappa tal-belt ta' Quito tal-1805 magħmula minn Juan Pío Montúfar, it-Tieni Markiż ta' Selva Alegre u l-President tal-Junta Soberana de Quito tal-1809.

Fl-1743, wara kważi 210 snin ta' kolonizzazzjoni Spanjola, Quito kienet belt ta' madwar 10,000 abitant. Quito għal perjodu qasir ipproklamat l-indipendenza de facto tagħha minn Spanja bejn l-1765 u l-1766 matul ir-Rewwixta ta' Quito. Fl-10 ta' Awwissu 1809, reġa' nbeda moviment f'Quito biex tintrebaħ l-indipendenza minn Spanja. Dakinhar ġie żvelat pjan ta' gvern, li ħatar lil Juan Pío Montúfar bħala President u lil figuri prominenti oħra favur l-indipendenza f'karigi oħra tal-gvern.

Dan il-moviment inizjali ġarrab telfa fit-2 ta' Awwissu 1810, meta t-truppi kolonjali waslu minn Lima, il-Perù, u qatlu lill-mexxejja tar-rewwixta u lil madwar 200 insedjaturi oħra. Sensiela ta' kunflitti laħqu l-qofol tagħhom fl-24 ta' Mejju 1822, meta Antonio José de Sucre, taħt il-kmand ta' Simón Bolívar, mexxa t-truppi fil-Battalja ta' Pichincha, fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan. Ir-rebħa tagħhom stabbiliet l-indipendenza ta' Quito u tal-inħawi tal-madwar.

Ekwador Repubblikan

[immodifika | immodifika s-sors]
BERJAYA
Id-daħla tat-truppi Spanjoli fil-belt ta' Quito mibgħuta mill-Viċirè tal-Perù fl-1809, pittura tal-1809 ta' Francisco Javier Cortés. Museo de América (Madrid).[9]

Fl-1833, membri tas-Soċjetà tal-Abitanti Ħielsa ta' Quito nqatlu mill-gvern wara li kkonfoffaw kontrih. Fis-6 ta' Marzu 1845 bdiet ir-Rivoluzzjoni ta' Marzu. Fl-1875, il-President tal-pajjiż Gabriel García Moreno nqatel f'Quito. Sentejn wara, fl-1877, l-Arċisqof José Ignacio Checa y Barba nqatel bil-velenu waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa f'Quito.

Fl-1882 reġa' kien hemm irvellijiet kontra r-reġim tad-dittatur Ignacio de Veintimilla. Madankollu, dawn ma temmewx il-vjolenza li tfaċċat mal-pajjiż kollu. Fid-9 ta' Lulju 1883, il-kmandant liberali Eloy Alfaro pparteċipa fil-Battalja ta' Guayaquil, u wara iktar kunflitti sar il-President tal-Ekwador fl-4 ta' Settembru 1895. Wara li temm it-tieni mandat tiegħu fl-1911, huwa mar jgħix fl-Ewropa. Huwa reġa' lura l-Ekwador fl-1912 u pprova jerġa' jikseb il-poter iżda ma rnexxilux; ġie arrestat fit-28 ta' Jannar 1912 u ntefa' l-ħabs, u mbagħad ħebbew għalih f'attakk fil-ħabs. Ġismu ġie mkaxkar mit-toroq ta' Quito sa park tal-belt, fejn ingħata n-nar.

Fl-1932 faqqgħet il-Gwerra tal-Erbat Ijiem. Din kienet gwerra ċivili li faqqgħet wara l-elezzjoni ta' Neptalí Bonifaz u wara li ħareġ li kellu passaport Peruvjan. Fit-12 ta' Frar 1949 xandira realistika tar-rumanz ta' H. G. Wells, Il-Gwerra tad-Dinjiet, wasslet għal paniku sħiħ fil-belt u għall-imwiet ta' iktar minn għoxrin ruħ li mietu fin-nirien li tqabbdu fil-belt.[10][11]

BERJAYA
Pittura ta' nofs is-seklu 19 ta' Quito ta' Rafael Salas.

Fl-2011 il-popolazzjoni tal-belt laħqet iż-2,239,191 ruħ. Mill-2002 sar tiġdid taċ-ċentru storiku tal-belt. L-ajruport antik, li nbena wara l-mili ta' laguna bir-radam, ingħalaq għat-traffiku tal-ajru fid-19 ta' Frar 2013. Iż-żona ġiet żviluppata mill-ġdid bħala l-"Parque Bicentenario" (Park Biċentenarju). L-Ajruport Internazzjonali l-ġdid ta' Mariscal Sucre, li jinsab tliet kwarti miċ-ċentru ta' Quito, infetaħ għat-traffiku tal-ajru fl-20 ta' Frar 2013.

Matul l-2003 u l-2004 inbnew il-linji tal-Metrobus (Ecovia), li jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-belt mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Ħafna toroq prinċipali u sekondarji ġew estiża u mkabbra, inbnew passaġġi differenti, u t-toroq ġew strutturati mill-ġdid ġeometrikament sabiex jittejjeb il-fluss tat-traffiku u bdiet tinbena sistema ta' subway.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku ta' Quito ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[4]

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Quito hija ġemellata ma':

  1. "GUAGUA PICHINCHA - Instituto Geofísico - EPN". www.igepn.edu.ec (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-06.
  2. "Tame EP - Airline of Ecuador". www.tame.com.ec. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-02-04. Miġbur 2023-04-06.
  3. Redacción (2019-11-16). "Encuentran indicios de los primeros habitantes de Quito, Ecuador" (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-06. Miġbur 2023-04-06.
  4. 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "City of Quito". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-06.
  5. "Resources". css.ethz.ch (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-06.
  6. "Robert E. Bell Archaeological Investigation at the Site of EI Inga, Ecuador" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-07.
  7. "eClass ΕΚΠΑ | Σύνδεση χρήστη". eclass.uoa.gr. Miġbur 2023-04-07.
  8. Drake, Angela (2017-08-30). "An Insider's Guide to the Ancient Quitu of Ecuador". Culture Trip (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-07.
  9. Bruquetas, Rocío; Medina, Dolores (2015). "Vista de la entrada en la ciudad de Quito de las tropas españolas en 1809. Conservación y restauración". Anales del Museo de América (bl-Ispanjol) (23): 129–142. ISSN 1133-8741.
  10. Brown, Robert J. (2004). Manipulating the Ether. McFarland. pp. 251–252. ISBN 0-7864-2066-9.
  11. "Episode 200: We Interrupt This Program (11.4.2022)". Miġbur 2023-04-07.
  12. Telégrafo, El (2012-02-15). "Cabildos de Quito y Bogotá aumentan la cooperación". El Telégrafo (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  13. "Quito y Cádiz firman Hermanamiento y estrechan lazos de cooperación" (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  14. "Quito y Doha firman acuerdo de hermanamiento" (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-04-07.
  15. "Sister Cities". www.eguangzhou.gov.cn. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-15. Miġbur 2023-04-07.
  16. "Cooperação Internacional". Prefeitura de Guarulhos (bil-Portugiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  17. "Współpraca międzynardodowa z miastami zagranicznymi- Biuletyn Informacji Publicznej Miasta Krakowa - BIP MK". www.bip.krakow.pl. Miġbur 2023-04-07.
  18. "Municipalidad Metropolitana de Lima" (bl-Ispanjol). 2014-01-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-05. Miġbur 2023-04-07.
  19. "Sister Cities of Louisville". World Affairs Council (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  20. "Acción Internacional y Ciudadanía Global - Agreements with cities - Ayuntamiento de Madrid". www.madrid.es (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-10. Miġbur 2023-04-07.
  21. ":::Bolsa de Noticias::: ***Managua, Nicaragua***". www.bolsadenoticias.com.ni. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-07. Miġbur 2023-04-07.
  22. "Medellín is Puerto Morelos' first twin city" (bl-Ingliż). 2019-08-06. Miġbur 2023-04-07.
  23. "CIUDAD DE MÉXICO". portales.sre.gob.mx. Miġbur 2023-04-07.